Tagħmir tas-Sajd

Dragi

Dragi

Gangmi huma rkaptu li jitkaxkru mal-qiegħ biex jinqabad il-frott tal-baħar. Huma jikkonsistu f'mouth frame li miegħu jitwaħħal basket magħmul minn ċrieki tal-metall jew xbieki li jżomm il-qabda.

Links relatati

Kontenituri (pots) u nases

Kontenituri (pots) u nases
Kontenituri (pots) u nases

Nasses, xbieki stazzjonarji kbar jew digi jew kontenituri, huma rkapti li fihom jinżammu l-ħut jew li l-ħut jidħol b'mod volontarju fihom u li jxekkluhom milli jaħarbu.

Links relatati

Snanar u lenzi

Snanar u lenzi
Snanar u lenzi

Snanar u lenzi huma rkaptu meta l-ħut jiġi attirat minn lixka naturali jew artifiċjali (tħajjar) impoġġija fuq sunnara mwaħħla ma' qasba jew lenza, li jinqabdu biha.

Links relatati

Tartaruni

Tartaruni

Tartarun hija xibka twila ħafna, bil-basket u mingħajr il-basket, li titpoġġa jew mix-xatt jew minn dgħajsa li ddawwar ċertu żona u li titħaddem b'żewġ ħbula (twal) imwaħħlin mat-trufijiet tagħha (għat-tagħbija u l-ġbir tal-ħut)

Links relatati

Xbieki tal-garġi u xbieki simili

Xbieki tal-garġi u xbieki simili

Xbieki tal-għażel u xbieki tad-tidwir huma vajjini ta' ħitan ta' xbieki singoli, doppji jew tripli, vertikali, ħdejn il-wiċċ, fin-nofs jew fil-qiegħ, li fihom il-ħut jinqabad jew mill-garġi, jiġi mdawwar jew jidħol fix-xibka.

Links relatati

Xbieki tat-tidwir u xbieki tal-irfigħ

Xbieki tat-tidwir u xbieki tal-irfigħ

Xbieki tad-tidwir huwa ħitan ta' xbieki kbar magħmula sabiex il-ħut aggregat jiddawwar kemm minn mal-ġnub kif ukoll minn taħt u għalhekk jipprevenihom milli jaħarbu billi jogħdsu 'l isfel. Ix-xbieki tal-irfigħ huma pannelli tax-xbieki orizzontali u forma ta' basket bħal pajp parallel, piramida jew kon bil-fetħa tħares ' il fuq li jitniżżlu f'ċertu fond, jitħallew għal ftit, iż-żmien meħtieġ sabiex id-dawl jew il-lixka jattiraw lill-ħut fuq il-fetħa, imbagħad jintrefgħu 'l barra mill-ilma.

Links relatati

Xbieki tat-tkarkir

Xbieki tat-tkarkir

Ix-xbieki tat-tkarkir huma xbieki forma ta' kon (magħmula minn żewġ pannelli, erba' pannelli jew iktar pannelli) li jiġu rmonkati, minn dgħajsa waħda jew tnejn, fil-qiegħ jew f'nofs l-ilma (pelaġiku).

Links relatati

Sorsi tad-Dejta

Ixxerja din il-paġna

Aqsam il-feedback tiegħek dwar is-sit u għinna ntejbu l-esperjenza tiegħek

Aqsam il-feedback tiegħek